L-Għaqda Ġurnalisti Sports tlaqqa’ l-membri tagħha f’Laqgħa Ġenerali Annwali
L-Għaqda Ġurnalisti Sports (GħĠS) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-sena2023 li saret fis-Sala Prinċipali tal-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport fi ħdan l-Università ta’ Malta. Is-Segretarju Ġenerali Lorraine Cunningham ippreżentat ir-Rapport Amministrattiv li ġie approvat unanimanent. L-istess għar-Rapport Finanzjarju li kien ippreżentat minn Stephen Azzopardi li hu l-Amministratur u t-Teżorier tal-GħĠS. Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali, il-membri preżenti setgħu jsegwu l-ħidma u l-attivitajiet li ġew organizzati mill-Għaqda Gurnalisti Sports sa mill-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali. Kienet sena oħra ta’ suċċess għall-kolaborazzjoni ma’ Atlas Insurance għall-premju tal-Atleta Żagħżugħ/a tax-Xahar u tas-Sena. Flimkien ma’ Together Gaming Solutions, ġiet estiża sena oħra għall-kollaborazzjoni li teżisti għat-TGS Malta Fair Play Award li jingħata kull tliet xhur. Dan l-unur imur għand atleti jew timijiet li jkunu spikkaw fil-Fair Play waqt l-avvenimenti sportivi lokali. Minbarra dawn iż-żewġ unuri, l-Għaqda Ġurnalisti Sports nediet ukoll unur ta’ kull xahrejn flimkien mal-kumpanija National Lottery bil-brand tagħha IZIBET għal IZIBET Elite Athlete Award, [...]