News

23 08, 2023

It-Tim Nazzjonali Malti tal-U18 jirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Lulju 2023

By |August 23rd, 2023|0 Comments

It-Tim Nazzjonali Malti ta’ taħt it-tmintax-il sena tal-Pool ingħata l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Lulju. Din hija t-tieni darba għal din is-sena, li dan l-unur qed jingħata lil tim. It-tim Malti ffurmat minn Steve Muscat, Nick Muscat, Chaylon Castaldi, Jake Castaldi u Nordai Desira rebaħ il-kampjonat dinji tal-kategorija li kien sar f’Agadir, fil-Marokk. Fil-finali huma għelbu lit-tim tal-Afrika t’Isfel bl-iskor ta’ 8-7. Dan it-titlu ta’ champions tad-dinja kien il-frott ta’ wirja konsistenti matul it-tournament kollu. Dan is-suċċess miksub minn dan it-tim wasal wara li fi Frar li għadda kienu ġew inkurunati bħala champions Ewropej. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħ tax-Xahar għal Lulju 2023, flimkien ma’ tifkira tal-okkażjoni lill-plejers u t-Team Manager Vince Saliba, ġew ippreżentati minn Matthew von Brockdorff, Managing Director u CEO, u Robert Micallef, Chief Commercial Officer ta’ Atlas Insurance. Għall-preżentazzjoni kienet preżenti wkoll Lorraine Cunningham s-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Dan il-premju ta' kull xahar jingħata [...]

23 08, 2023

Malta U18 National Pool Team wins the Atlas Youth Athlete of the Month Award for July 2023

By |August 23rd, 2023|0 Comments

The Malta U18 National Pool Team has been awarded the Atlas Youth Athlete of the Month Award for July. This is the second time this year that this award has been awarded to a team. Steve Muscat, Nick Muscat, Chaylon Castaldi, Jake Castaldi, and Nordai Desira were crowned World Champions as a team during the competition held in Agadir, Morocco. In the final, they managed to beat South Africa 8-7 after a consistent performance throughout the tournament. This success follows the title of European Champions which they won in February. The trophy for the July 2023 Atlas Youth Athlete of the Month, together with individual mementos for the players and Team Manager Vince Saliba, were presented by Matthew von Brockdorff, Managing Director & CEO, and Robert Micallef, Chief Commercial Officer of Atlas Insurance. The Malta Sports Journalists Association was represented by General Secretary Lorraine Cunningham. This award is a [...]

8 08, 2023

Carlo Micallef sodisfatt bl-ewwel edizzjoni tas-Sela Cup ippreżentata minn Visit Malta

By |August 8th, 2023|0 Comments

Il-Ħadd filgħaxija ġiet fi tmiemha b’suċċess l-ewwel edizzjoni tas-Sela Cup li kienet preżentata minn Visit Malta. Wara li saret il-preżentazzjoni tat-trofew lir-rebbieħa Newcastle United, Carlo Micallef CEO tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Helmut Amhof tkellmu mall-ġurnalisti Maltin preżenti, fejn Carlo Micallef kien mistoqsi biex jagħti l-kummenti tiegħu wara li ġie fi tmiemhu dan l-avveniment. Carlo Micallef tkellem dwar l-ħsieb u l-ħidma li saret biex Visit Malta tiġi esposta f’ tournament ta’ dan t-tip, li fih ħadu sehem Newcastle United li din s-sena ser ikunu qed jirritornaw lura fil-UEFA Champions League wara assenza ta’ snin, Fiorentina li kienu finalisti tal- UEFA Europa Conference League matul l-istaġun li għadda, Villarreal li kienu finaslisti ta’ kompetizzjoni Ewropeja żewġ staġuni ilu u l-klabb Franċiż ta’ OGC Nice. Huwa kompla billi qal li l-erba’ pajjiżi li ġejjin minnhom t-timijiet li ħadu sehem huma pajjiżi li huma importanti f’dak li huwa l-qasam turistiku għall-pajjiżna. Ic-CEO ta’ [...]

6 08, 2023

Rebħa komda għal Newcastle United fl-ewwel edizzjoni tas-Sela Cup ippreżentata minn Visit Malta

By |August 6th, 2023|0 Comments

Ftit tal-ħin ilu ġiet fi tmiemha s-Sela Cup, li kienet ippreżentata b’suċċess minn VISIT MALTA. L-ewwel edizzjoni ta’ din l-kompetizzjoni kienet mirbuħa minn Newcastle United wara li fil-partita ta’ llum huma għelbu lil Villarreal bl-iskor ta’ 4-0. Għall-partita tal-lum iż-żewġ naħat niżlu bi skwadra ta’ plejers differenti mill-plejers li kienu utilizzati fil-logħbiet tal-bieraħ. Wara biss ħames minuti mil-ftuħ tal-partita, Newcastle United fetħu l-iskor fejn kien Matt Richie li pprovda l-freekick li kien newtralizzat b’mod temporanju mid-difiża, il-ballun spiċċa għand JACOB MURPHY li b’xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa ma ħafirx u poġġa lill-Magpies fil-vantaġġ. Fl-10 minuta Newcastle ħasbu li għamlu l-iskor 2-0 meta minn freekick qasir kien Bruno Guimares li dendel kross li sab lil Callum Wilson li tefa' l-ballun fix-xibka. Dan il-gowl iżda kien imħassar wara li l-istess Wilson kien f’pożizzjoni irregolari. Fil-27 minuta għal darb'oħra Newcastle ħasbu li kabbru l-marġi tal-iskor, meta kien Matt Richie li pprovda mill-freekick, [...]

Go to Top