TGS Malta Fair Play Award

10 10, 2024

Call for nominations for the TGS Fair Play Award July – September 2024

By |October 10th, 2024|0 Comments

The Malta Sports Journalists Association and the Malta Fair Play Movement are evaluating entries related to the Fair Play concept that associations, sports officials and athletes might have witnessed during the July-September 2024 period. All sports associations, federations and even the general public are kindly asked to submit details of events, competitions, and/or training sessions where an act of Fair Play has been witnessed. In addition, information regarding athlete(s), team(s), or official(s) involved is also required. It is essential that the nominations focus on actions demonstrating fair play in a sporting context, rather than social or philanthropic activities outside of the sport itself. Nominations are to be sent via email to info@maltasportsjournalists.com by no later than 25th October 2024.

10 10, 2024

Sejħa għan-nominazzjonijiet għat-TGS Fair Play Award Lulju – Settembru 2024

By |October 10th, 2024|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sport u l-Malta Fair Play Movement qegħdin jevalwaw kull dħul relatat mal-kunċett ta’ Fair Play li l-assoċjazzjonijiet, uffiċjali sportivi jew l-atleti jkunu ltaqgħu miegħu matul il-perjodu minn Lulju sa Settembru 2024. L-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi kollha, kif ukoll il-pubbliku ġenerali huwa mitlub jgħaddi dettalji ta’ ġrajjiet, kompetizzjonijiet, jew / u sessjonijiet ta’ taħriġ, fejn kien xhud ta’ att ta’ Fair Play. Barra minn dan, hu meħtieġ ukoll dettalji dwar l-atleta/i, tim/ijiet, jew uffiċjal/i. Huwa importanti illi n-nominazzjonijiet ikunu biss fuq azzjonijiet li juru ġesti ta' fair play waqt attività sportiva u mhux relatati ma' attivitajiet soċjali jew filantropiċi lil hinn mill-isport innifsu. In-nominazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta' email lil info@maltasportsjournalists.com sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Ottubru 2024.

8 05, 2024

It-Tim Malti tal-Pickleball jirċievi l-ewwel TGS Fair Play Award għas-sena 2024

By |May 8th, 2024|0 Comments

It-Tim Malti tal-Pickleball huwa r-rebbieħ tal-ewwel TGS Fair Play Award għas-sena 2024, mogħti mill-Malta Fair Play Movement, b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Together Gaming Solutions. Dan il-premju ta’ kull tliet xhur huwa intiż għal dawk fil-qasam tal-isport kemm fuq livell individwali jew bħala tim għall-ġest altruwistiku ta’ fair play f’kompetizzjoni/ijiet uffiċjali jew le. Bejn id-9 u l-10 ta’ Marzu li għadda, il-Malta Pickleball organizzat għall-ewwel darba tournament internazzjonali għat-timijiet tal-fuq minn 19 u 50 sena, fil-Kulleġġ De La Salle. Waqt it-tournament tat-timijiet ‘il fuq minn 50 sena, li sar fl-10 ta’ Marzu, it-Tim Malti u dak tar-Renju Unit għamluha għall-finali. Waqt il-logħba tad-doubles tal-irġiel, il-plejer Ingliż Tony Thompson kellu inċident sfortunat meta waqa’ u weġġa’ sew, bil-konsegwenza li ma setax ikompli jilgħab u l-logħba kellha tiġi mwaqqfa. It-Tim Ingliż kien lest li jagħti walk-over lill-Maltin u b’hekk jirbħu l-ewwel post. It-Tim Malti immedjatament iddiskuta s-sitwazzjoni u kien hemm [...]

29 02, 2024

Ir-raba’ TGS Fair Play Award għas-sena 2023 imur għand George Muscat

By |February 29th, 2024|0 Comments

L-Għaqda Ġurnalisti Sports bi pjaċir tħabbar li r-raba’ unur għas-sena 2023 tat-TGS Fair Play Award, ġie mogħti lil George Muscat. Dan l-unur ikopri l-perjodu bejn Ottubru u Diċembru 2023. Lejn tmiem it-tieni tiġrija li saret fil-Malta Equidrome nhar il-5 ta' Novembru 2023, seħħ incident li ħafna ma ndunawx bih. Id-debba Capuchin misjuqa miż-żagħżugħ Clint Gauci, inqalgħatilha r-ras li bil-konsegwenza ma setax jikkontrollaha. Li kieku ma kinitx għall-azzjoni f’waqtha ta’ George Muscat li nduna x’kien qed jiġri, seta’ ġie ikkawżat incident serju. Fil-fatt George Muscat li kien biż-żiemel Boom Boom Becker, meta ra dak li kien qiegħed iseħħ, saq viċin biżżejjed sabiex seta’ jaqbad lid-debba minn rasha u jwaqqafha u għalhekk ġie evitat kwalunkwe inċident. Edward Licari, Direttur ta’ Together Gaming Solutions irrimarka li l-ġest f’waqthu ta’ George Muscat sabiex jgħin lill-kompetitur tiegħu waqt it-tiġrija huwa sinjal ċar ta’ sportività u altruwiżmu fl-aqwa tagħhom. Il-preżentazzjoni tat-TGS Fair Play Award [...]

Go to Top