It-tielet TGS Fair Play Award għas-sena 2023 imur għand Dylan Portelli
Il-qaddief tal-klabb tal-Birgu, Dylan Portelli, ġie mogħti t-TGS Fair Play Award. Dan huwa t-tielet unur għas-sena 2023, li jkopri l-perjodu bejn Lulju u Settembru 2023. Dan l-unur li huwa frott tal-kolaborazzjoni li l-Għaqda Ġurnalisti Sports għandha mal-Malta Fair Play Movement u Together Gaming Solutions, huwa intiż għal dawk fil-qasam tal-isport kemm fuq livell individwali jew bħala tim għal mod altruwistiku ta’ Fair Play f’kompetizzjoni/ijiet uffiċjali jew le. Waqt l-aħħar edizzjoni tar-Regatta Nazzjonali ta’ Jum il-Vitorja, li saret fit-8 ta' Settembru 2023, fi trmiem it-tiġrija Klassi A Tal-Pass Ta' Bi Tnejn mirbuħa mill-Birgu fuq Bormla, il-qaddief ta' Bormla Clive Casha ħassu ħażin. Hekk kif il-qaddief Clive Casha ttieħed fuq il-lanċa tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jingħata l-għajnuna meħtieġa, Dennis Thornton spiċċa waħdu fuq id-Dgħajsa Tal-Pass Ta' Bi Tnejn. Peress li daħlu mal-ewwel tliet klassifikati, kellha tintiżen skont ir-regolamenti tal-Għaqda Regatta Nazzjonali. F'dak il-mument Thornton ma setax jaqdef waħdu għall-użin u għaldaqstant Dylan [...]