TGS Malta Fair Play Award

8 02, 2023

Dillon Cassar jirċievi r-raba’ TGS Fair Play Award għas-sena 2022

By |February 8th, 2023|0 Comments

Il-Malta Fair Play Movement ħabbar it-tmien TGS Fair Play Award, b’kolaborazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Together Gaming Solutions. Il-panel li jiġġudika dan il-premju huwa magħmul minn Charles Camenzuli, Adele Muscat, Pierre Cassar, Kevin Joseph Azzopardi and Sandro Micallef. Dan il-premju huwa intiż għal dawk fil-qasam tal-isport kemm fuq livell individwali jew bħala tim għal mod altruwistiku f’kompetizzjoni/ijiet uffiċjali jew le. Ir-raba' unur għas-sena 2022, li jkopri l-perjodu bejn Ottubru u Diċembru ngħata lil Dillon Cassar. Waqt ġirja ta' 10 kilometri li kienet tikkonsisti f'żewġ dawriet, sfortunatament wieħed mill-marshals ma kienx qiegħed f'postu. Din il-ġirja saret nhar il-Ħadd 16 ta’ Ottubru 2022. Fl-ewwel dawra tat-tellieqa, waqt li Dillon Cassar kien qiegħed fuq quddiem flimkien mal-leading biker, induna li kien qed jingħata direzzjoni ħażina u b'hekk kien qed igawdi vantaġġ ta' madwar 150 metru biex itemm id-dawra. Ovvjament Cassar m'għamilx dan għax ried hu u għalhekk waqt din l-istess tellieqa, ġibed [...]

19 10, 2022

Jake Castaldi receives the third TGS Malta Fair Play Award for the year 2022

By |October 19th, 2022|0 Comments

The Malta Fair Play Movement’ has announced the seventh TGS Malta Fair Play Award, in collaboration with Malta Sports Journalists Association and Together Gaming Solutions. The adjudicating panel is formed by Charles Camenzuli, Adele Muscat, Pierre Cassar, Kevin Joseph Azzopardi and Sandro Micallef. This award is aimed at sporting individuals or teams who would have distinguished themselves with an altruistic gesture of fair play during official and/or non-official competitions. The third award for this year 2022, covering the July–September period, was given to Jake Castaldi. The 12-year-old blackball pool player admitted to committing a foul while on the table without the referee or anyone else present noticing it. His admission resulted in losing the decisive frame and his team Ħamrun 147 C lost the Regional Knockout Final held on 28/9/22 to Birkirkara Dukes A. Castaldi won the respect of all those present for his act of fair play. 'Honesty [...]

19 10, 2022

Jake Castaldi jirċievi t-tielet TGS Malta Fair Play Award għas-sena 2022

By |October 19th, 2022|0 Comments

Il-Malta Fair Play Movement ħabbar is-seba' TGS Malta Fair Play Award, b’kolaborazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Together Gaming Solutions. Il-panel li jiġġudika dan il-premju huwa magħmul minn Charles Camenzuli, Adele Muscat, Pierre Cassar, Kevin Joseph Azzopardi and Sandro Micallef. Dan il-premju huwa intiż għal dawk fil-qasam tal-isport kemm fuq livell individwali jew bħala tim għal mod altruwistiku f’kompetizzjoni/ijiet uffiċjali jew le. It-tielet unur għas-sena 2022, li jkopri l-perjodu bejn Lulju u Settembru ngħata lil Jake Castaldi. Il-plejer tal-blackball pool li għandu 12-il sena ammetta li kkommetta foul, bir-referi u dawk preżenti li ma ndunawx b'dan kollu. Castaldi tilef il-frame deċiżiv li eventwalment wassal biex it-tim tiegħu Ħamrun 147 C jitlef il-finali tar-Regional Knockout li ntlagħbet fit-28/9/22, kontra Birkirkara Dukes A. Madanakollu Castaldi rċieva l-applaws mill-pubbliku preżenti wara dan il-ġest sportiv. 'L-Onestà hija valur imperattiv f’kull sport kompetittiv u ta’ min ifaħħar lil Jake, li ta’ età daqshekk żgħira qed [...]

15 07, 2022

Special Olympics Malta jirċievu t-tieni TGS Malta Fair Play Award għas-sena 2022

By |July 15th, 2022|0 Comments

Il-Malta Fair Play Movement ħabbar is-sitt TGS Malta Fair Play Award, b’kolaborazzjoni mal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Together Gaming Solutions. Il-panel li jiġġudika dan il-premju huwa magħmul minn Charles Camenzuli, Adele Muscat, Pierre Cassar, Kevin Joseph Azzopardi and Sandro Micallef. Dan il-premju huwa intiż għal dawk fil-qasam tal-isport kemm fuq livell individwali jew bħala tim għal mod altruwistiku f’kompetizzjoni/ijiet uffiċjali jew le. It-tieni unur għas-sena 2022, li jkopri l-perjodu bejn April u Ġunju ngħata lil Special Olympics Malta. Il-kontinġent Malti, magħmul minn aktar minn 400 atleta f’sitt dixxiplini differenti, ħa sehem fl-iSpecial Olympics Invitational Games li saru f’Malta, b’total impressjonanti ta’ 65 midalja tad-deheb, 60 fidda and 67 bronz. Aparti mill-impenn tal-atleti, kienet tinħass evidenti l-atmosfera ta’ ħbiberija u fair play bl-inklusività mal-atleti l-oħra li kienu ġejjin minn 23 pajjiż differenti, waqt il-logħbiet kollha. 'Ninsabu sinċerament onorati li nippreżentaw dan l-unur lil Special Olympics Malta, li huwa premju żgħir imqabbel mad-dedikazzjoni, [...]

Go to Top