Matul ix-xahar ta’ Lulju, il-Malta Fair Play Movement u l-Għaqda Ġurnalisti Sport qed jevalwaw kull dħul relatat mal-kunċett ta’ Fair Play li l-assoċjazzjonijiet, uffiċjali sportivi jew l-atleti jkunu ltaqgħu miegħu matul il-perjodu minn April sa Ġunju 2024.
L-assoċjazzjonijiet sportivi kollha, federazzjonijiet u wkoll il-pubbliku ġenerali huwa mitlub jgħaddi dettalji ta’ ġrajjiet, kompetizzjonijiet, jew / u sessjonijiet ta’ taħriġ, fejn kien xhud ta’ att ta’ Fair Play. Barra minn dan, hu meħtieġ ukoll dettalji dwar l-atleta/i, tim/ijiet, jew uffiċjal/i.
In-nominazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz tal-imejl info@maltasportsjournalists.com sa mhux aktar tard mil-31 ta’ Lulju 2024.