L-Għaqda Ġurnalisti Sport u l-Malta Fair Play Movement qegħdin jevalwaw kull dħul relatat mal-kunċett ta’ Fair Play li l-assoċjazzjonijiet, uffiċjali sportivi jew l-atleti jkunu ltaqgħu miegħu matul il-perjodu minn Lulju sa Settembru 2024.
L-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi kollha, kif ukoll il-pubbliku ġenerali huwa mitlub jgħaddi dettalji ta’ ġrajjiet, kompetizzjonijiet, jew / u sessjonijiet ta’ taħriġ, fejn kien xhud ta’ att ta’ Fair Play. Barra minn dan, hu meħtieġ ukoll dettalji dwar l-atleta/i, tim/ijiet, jew uffiċjal/i.
Huwa importanti illi n-nominazzjonijiet ikunu biss fuq azzjonijiet li juru ġesti ta' fair play waqt attività sportiva u mhux relatati ma' attivitajiet soċjali jew filantropiċi lil hinn mill-isport innifsu.
In-nominazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta' email lil info@maltasportsjournalists.com sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Ottubru 2024.