Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qiegħed jippubblika r-riżultati finali fil-kategoriji kollha tal-64 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li saret nhar is-Sibt 2 ta’ Marzu, fil-Westin Dragonara Resort, f'San Ġiljan. Il-ġurnalisti li ffurmaw il-ġurija vvutaw ftit jiem qabel ma r-rebbieħa ġew magħrufa fis-Serata Finali.
Il-ġurija kienet komposta minn Clinton Buhagiar u Mario Bonnici (ONE Sport), Valhmor Camilleri (Times of Malta), Chris Falzon, Robert Busuttil u Joanna Camilleri (TVMSport), Charles Camenzuli (Media.Link Communications), Chris Cassar (The Malta Independent), Mario Saliba (Union Press), Sandro Micallef u Lorraine Cunningham irrapreżentaw il-voti tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Għall-People’s Choice Award il-voti kienu 100% tal-pubbliku permezz tal-SMS.
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jieħu din l-opportunità sabiex jirringrazzja lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll lill-isponsors kollha tas-sostenn tagħhom biex l-edizzjoni ta’ din is-sena reġgħet kienet suċċess.
Ir-riżultat uffiċjali huwa dan: