Hekk kif resqin lejn tmiem is-sena, il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qiegħed iħabbar li fetaħ uffiċjalment il-proċess tan-nominazzjonijiet għall-edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali tas-sena 2024.
L-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet għadhom kif irċevew il-kommunikazzjoni uffiċjali u stedina sabiex huma jinnominaw lill-atleti tagħhom fil-kategoriji stabbiliti li huma:
Unuri oħra li jingħataw kull sena huma:
In-Nominazzjonijiet jagħlqu l-Erbgħa 8 ta' Jannar 2025 f'nofsinhar, bis-serata ta' premjazzjoni mistennija ssir is-Sibt 1 ta' Marzu 2025.
Għal din is-sena wkoll l-Għażliet Sportivi Nazzjonali se jkunu organizzati mill-Għaqda Ġurnalisti Sports u bil-għajnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni.
Aktar informazzjoni dwar il-proċess ta' nominazzjoni u r-regolamenti tista' tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku tal-Għaqda Ġurnalisti Sports: https://www.maltasportsjournalists.com/ghazliet-sportivi-nazzjonali-rules-regulations-regolamenti/