Lill-Membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports
Għeżież Kollegi Membri
Ninfurmakom bil-Laqgħa Ġenerali Annwali 2024 li se ssir skont
id-dettalji hawn taħt:
Data: Il-Ħamis 19 ta' Settembru 2024
Ħin: 6:00 pm
Post: Main Lecture Room, Institute for Physical Education & Sport
L-Università tal-Qroqq - dħul mill-entratura tal-MOC
Bħalissa fil-Kumitat Eżekuttiv hemm nuqqas ta' membri għalhekk nixtiequ li jiġu co-opted żewġ membri hekk kif is-sena d-dieħla hija waħda elettiva għall-Kumitat Ġdid. Min hu interessat għandu jikkuntattja lili jew xi membru ieħor fil-Kumitat Eżekuttiv.
Qed nilqgħu wkoll mozzjonijiet jew emendi għall-istatut li tixtiequ jitressqu waqt il-laqgħa ġenerali. Kull mozzjoni jew emenda trid tkun ipproponuta u ssekondata u tasal għand il-President jew is-Segretarju Ġenerali sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 11 ta' Settembru 2024.
L-emendi u l-mozzjonijiet għandhom jintbgħatu b'email fuq
info@maltasportsjournalists.com
Hawn taħt għandkom l-aġenda għal din il-Laqgħa:
Agenda AGM 2024
Kif nispiċċaw milll-AGM nistiednukom sabiex flimkien nieħdu drink għand il-King’s Gate Gastropub tal-Imsida.
Grazzi u tislijiet
Lorraine Cunningham
Segretarju Ġenerali