Stqarrija għall-Istampa
2 ta' Frar 2024
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sport bi pjaċir ifakkar li ninsabu eżattament xahar 'il bogħod mis-serata finali tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li se ssir nhar is-Sibt 2 ta' Marzu fil-Lukanda Westin Dragonara f'San Ġiljan.
Dan l-avvenimemt se jiġi trasmess b'mod dirett fuq l-istazzjon sportiv TVMSport+ kif ukoll fuq il-mezzi soċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sport.
Sadanittant, il-pubbliku għandu 30 ġurnata mil-lum sabiex jivvota għall-People's Choice Award. Għal dan l-unur, din is-sena l-għażla se tkun b’100% televoting fuq in-numri tal-SMS rispettivi tagħhom, kif ġej:
Mario Bonello (Atletika) – 50615031
Clayton Castaldi (Pool) - 50615032
Gianluca Chetcuti (Trap Shooting) - 50615033
Brent Spiteri (Kickboxing) - 50615034
Matthias Spiteri (Ibburdjar) - 50615035
Sophie St John (Ġinnastika) - 50615036
Colette Sultana (Squash) - 50615037
Tenishia Thornton (Weightlifting) - 50615038
Rhona Xerri (Malta Rugby Football Union) – 50615039
Il-pubbliku jista' jivvota kemm-il darba jrid b'kull sms li jiswa' €0.58 ċenteżmu bil-votazzjoni tintemm nhar is-Sibt 2 ta' Marzu f'nofsinhar.
Il-ħames finalisti tal-kategoriji l-oħra tradizzjonali se jiġu mħabbra nhar it-Tlieta 20 ta’ Frar 2024, filwaqt li s-semifinalisti tal-People’s Choice Award għamluha kollha għall-finali li se ssir nhar is-Sibt 2 ta’ Marzu 2024.
Ir-regolamenti aġġornati tal-64 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali jinsabu f’dan il-link:
https://www.maltasportsjournalists.com/ghazliet-sportivi-nazzjonali-rules-regulations-regolamenti/
L-64 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali qed issir bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll grazzi għall-isponsors li huma National Lottery, Atlas Insurance, Bank of Valletta, Enemed, Responsible Gaming Foundation u VisitMalta.