Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports qiegħed jippubblika r-riżultati finali fil-kategoriji kollha tal-65 edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Nazzjonali li saret nhar is-Sibt l-1 ta’ Marzu, fil-Westin Dragonara Resort, f'San Ġiljan. Il-ġurnalisti li ffurmaw il-ġurija vvutaw ftit jiem qabel ma r-rebbieħa ġew imħabbra fis-Serata Finali.
Il-ġurija kienet komposta minn Mario Bonnici, Clinton Buhagiar, Charles Camenzuli, Valhmor Camilleri, Chris Cassar, Lorraine Cunningham, Chris Falzon, Simon Farrugia u Mario Saliba. Għall-People’s Choice Award il-voti kienu 100% tal-pubbliku permezz tal-SMS.
Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports jieħu din l-opportunità sabiex mill-ġdid jirringrazzja lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll lill-isponsors kollha tas-sostenn tagħhom biex l-edizzjoni ta’ din is-sena reġgħet kienet suċċess.
Ir-riżultat uffiċjali huwa dan: