Wara li tħabbru l-finalisti tas-seba’ kateogoriji prinċipali għall-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ SportMalta Awards L-Għażliet Sportivi Nazzjonali, tħabbru wkoll il-finalisti tal-People’s Choice Award. Il-voti sabiex jintgħażel ir-rebbieħ/a tal-People's Choice Award se jkunu magħmulin minn 40% mingħand il-pubbliku fuq l-email info@sportmalta.org.mt, 40% mill-ġurija u 20% mingħand l-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi. Il-pubbliku jista’ jibgħat mhux aktar minn darba minn fuq l-istess email address.
Il-finalisti huma dawn:
PEOPLE’S CHOICE AWARD
Tenishia Thornton (Weightlifting)
Anthony Farrugia (Water Polo)
Fabio Spiteri (Triathlon)
Tara Vella Clark (Ġinnastika)
Senior Female National Team (Malta Volleyball Association)
Lijana Sultana (Squash)
It-63 edizzjoni ta’ SportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali se ssir nhar is-Sibt 25 ta’ Frar fis-Sala Sir Temi Zammit, fl-Univeristà ta’ Malta, b’xandira diretta fuq TVM Sport+ li tibda fit-tmienja ta’ filgħaxija bir-Red Carpet u tkompli bis-Serata Finali.