Għaddejja l-votazzjoni għall-għażla tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022 – Il-votazzjoni tagħlaq fil-25 ta’ Jannar
|
|
L-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Atlas Insurance tfakkar lill-pubbliku li bħalissa għaddejja l-votazzjoni għall-għażla tal-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022. Il-votazzjoni fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Atlas Insurance fetħet nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Jannar u tagħlaq nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar. L-atleti żgħażagħ rebbieħa tal-premju tax-xahar matul is-sena 2022 huma elliġibli għal dan il-premju prestiġjuż annwali, li huwa magħmul mill-voti tal-panel ta’ ġurnalisti flimkien mal-pubbliku. Il-voti tal-ġurnalisti se jkollhom 60% sehem tal-voti filwaqt li l-pubbliku għandu 40% meta jivvota mill-paġna uffiċjali ta’ Facebook ta’ Atlas Insurance: www.facebook.com/atlasmalta/ L-atleti eliġibli għall-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022 huma: Jeremy Zammit (Athletics - Long Jump) – Jannar Nicolai Bonello (Athletics - Pole Vault) – Frar Kai Azzopardi (Triathlon) – Marzu Mireya Cassar (Athletics - Thrower) – April Luke Bonello (Table Tennis) – Mejju Tenishia Thornton (Weightlifting) – Ġunju Matthew Galea Soler (Athletics - Runner) – Lulju Malta U/16 Men’s Water Polo National Team – Awwissu Lijana Sultana (Squash) – Settembru Chaylon and Jake Castaldi (Blackball) – Ottubru Nicholas Muscat (Bowling) – Novembru Nick Mercieca (Para Rowing) – Diċembru Ir-rebbieħ/a se jitħabbru fi Frar, fejn issir il-preżentazzjoni uffiċjali ta’ dan it-trofew prestiġjuż tal-Atlas Atleta Żagħżugħ/a tas-Sena 2022. Segwu l-vidjow uffiċjali dwar il-votazzjoni tal-pubbliku: https://we.tl/t-UoqK4BLTh0
|